Chelsea u Liverpool huma t-tnejn interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Newcastle United, Allan Saint-Maximin, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien f’forma impressjonanti fil-bidu tal-istaġun tal-Premier League 2021-22, fejn skorja darbtejn u rreġistra tliet assists f’sitt apparenzi.
Sadanittant, il-Franċiż skorja disa’ goals u pprovda 14-il assist f’63 ħarġa għall-Magpies minn meta ngħaqad magħhom mingħand Nice f’Awwissu 2019.
Kemm Chelsea kif ukoll Liverpool qed juru ‘interess kbir’ fl-attakkant, bi Newcastle jiffaċċjaw taqtiegħa biex iżommuh fl-2022.
Madankollu, il-club immexxi minn Steve Bruce mhuwiex miftuħ biex jinnegozja f’Jannar u jkun lesta biss biex jidħol f’diskussjonijiet dwar it-trasferimenti fis-sajf li ġej.
Saint-Maximin għad fadallu ħames snin fil-kuntratt tiegħu f’St James Park.