Chelsea u Liverpool jinsabu ferm interessati li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder internazzjonali Tork Hakan Calhanoglu. Dan tal-aħħar qed ikollu staġun ferm pożittiv ma’ Inter fejn saħansitra skorja l-penalties kollha li kellu.
Calhanoglu ilu ma’ Inter sa mis-sena 2021 fejn lagħab 82 logħba u skorja 17-il logħba.
Jurgen Klopp ta’ Liverpool u Mauricio Pochettino ta’ Chelsea jixtiequ lil Calhanoglu sabiex isaħħu nofs il-grawnd.