Friday, December 13, 2024

Chelsea u Manchester United fost il-clubs li qed isegwu lil Hugo Ekitike

Aqra wkoll

Chelsea u Manchester United huma fost il-clubs li qed isegwu l-iżvilupp tal-attakkant ta’ Reims, Hugo Ekitike.

Fil-jum tal-iskadenza tat-trasferimenti, deher li Newcastle United kienu se jirbħu t-tellieqa għal dan il-prospett żagħżugħ, biss ftehim ma mmaterjalizzax matul is-sigħat tal-għeluq tat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Dan inevitabbilment ta ċans lil firxa wiesgħa ta’ clubs li jinvolvu ruħhom fit-tellieqa għal Ekitike, li skorja disa’ goals u pprovda żewġ assists fid-19-il dehra tiegħu fil-Ligue dan l-istaġun.

Chelsea u Manchester United kienu preżenti biex jaraw lill-player ta’ 19-il sena jimpressjona kontra Bordeaux fi tmiem il-ġimgħa.

Aktar minn 12-il club għamlu l-vjaġġ lejn Franza għal dik il-logħba, b’Manchester City, Liverpool, Arsenal, Tottenham Hotspur, Real Madrid u Paris Saint-Germain rappreżentati wkoll fl-istands.

Filwaqt li Ekitike għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu, Reims naturalment se jkollhom it-tentazzjoni li jakkwistaw il-flus bil-bejgħ ta’ dan il-player matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Ekonomija

Sport