Wednesday, December 25, 2024

Chelsea u Paris Saint-Germain f’taqtiegħa għal Ousmane Dembele

Aqra wkoll

Chelsea u Paris Saint-Germain qed jippreparaw biex jidħlu f’taqtiegħa għall-firma tal-attakkant ta’ Barcelona Ousmane Dembele bi free transfer.

L-internazzjonali Franċiż baqa’ fil-Camp Nou f’Jannar minkejja għadd ta’ spekulazzjonijiet, iżda l-kuntratt tiegħu mal-ġganti Katalani mistenni jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju.

Il-coach ta’ Barcelona Xavi dan l-aħħar fetaħ il-bieb biex ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 jiffirma ftehim ġdid, iżda, hu mistenni jħalli l-club tal-La Liga bi free transfer fi tmiem l-istaġun.

Manchester United u Juventus huma fost il-clubs li se jkunu marbuta mal-player ta’ 24 sena, iżda, żewġ timijiet oħra bħalissa qed imexxu t-tellieqa għall-firma tiegħu.

Chelsea qed ‘ikomplu t-taħditiet’ mar-rappreżentanti tal-attakkant dwar ċaqliq potenzjali lejn Stamford Bridge, iżda l-Blues se jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija minn PSG.

Dembele, li riċentement reġa’ ġie utilizzat mill-coach ta’ Barcelona Xavi, skorja darba u pprovda tliet assists f’14-il dehra f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22.

Ekonomija

Sport