Chelsea jinsabu viċin li jiksbu ftehim mal-goalkeeper ta’ Chicago Fire, Gabriel Slonina.
Aktar kmieni dan ix-xahar, kien sostnut b’mod wiesa’ li Real Madrid kien probabbli ħafna li jirbħu t-tellieqa għall-player ta’ 18-il sena, li diġà qed jimpressjona fl-MLS.
Ir-rappreżentant tiegħu Jaime Garcia saħansitra qal li l-Bernabeu kien id-destinazzjoni preferuta tiegħu, u qal li: “Għandu jkun ta’ unur għal Chicago, u MLS, li Real Madrid juru interess f’wieħed mill-plejers tagħhom. Qed nittamaw. Chicago jistgħu jiksbu ftehim ma’ Real Madrid biex jirrealizzaw l-ħolma ta’ Gabriel li jilgħab ma’ dan il-club.
Madankollu, dan ma jidhirx li għadu l-każ, fejn Chelsea issa mistennija jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player żagħżugħ.