Chelsea qed jagħmlu l-aħħar tentattiv biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali tal-Gabon, Pierre-Emerich Aubameyang, mingħand Barcelona.
Il-Pesionners qed joffru lil Marcos Alonso flimkien ma’ €7.5 miljuni.
Bħalissa Aubameyang irid jitlaq mill-belt ta’ Barċellona wara li safa attakkant f’daru minn ħallelin mhux magħrufa u għaldaqstant Chelsea huma l-aħjar alternattiva.
Iżda għad irid jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ clubs.