Monday, April 6, 2026

Chiara Bauer Mitterlehner u Aleksandr Vagimov jispikkaw fil-Malta Junior Open 

Aqra wkoll

Aleksandr Vagimov minn Malta u Chiara Bauer-Mitterlehner mill-Ġermanja kienu r-rebbieħa ewlenin tal-Malta Junior Open 2026, li sar fil-Royal Malta Golf Club fil-Marsa.

Il-kompetizzjoni, li damet tlett ijiem u ntlagħbet f’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli ħafna b’riħ qawwi u xita qliel, attirat rekord ta’ 111 parteċipant minn 23 pajjiż differenti, flimkien mal-parteċipazzjoni ta’ plejers lokali. Il-format kien ta’ stroke play fuq 54 toqba, b’kategoriji għal taħt il-21 sena, taħt it-18-il sena u taħt is-16-il sena, b’enfasi fuq kompetizzjoni ugwali bejn is-subien u bniet.

Chiara Bauer-Mitterlehner kisbet ir-rebħa tagħha b’mod drammatiku fil-kategorija taħt it-18-il sena tan-nisa, meta rebħet sudden death play-off wara round finali b’saħħtu.

Min-naħa tiegħu, Aleksandr Vagimov wera konsistenza tul il-kompetizzjoni biex rebaħ il-kategorija taħt it-18-il sena tal-irġiel, fejn temm fuq quddiem kompetizzjoni qawwija.

Fost ir-rebbieħa l-oħra kien hemm Julia Bauer (under 21 nisa) u Oliver Davis (under 21 irġiel), filwaqt li Lisa Huszar u Ezra Hartland rebħu l-kategoriji taħt is-16-il sena.

Minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, il-kompetizzjoni wriet livell għoli ta’ talent, b’parteċipanti minn pajjiżi bħall-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u t-Turkija.

Din il-kompetizzjoni saħħet ukoll ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport