Napoli qed jikkunsidraw żewġ akkwisti kbar għall-attakk: Federico Chiesa ta’ Juventus u Darwin Núñez ta’ Liverpool. Skont rapporti, qed titfaċċa l-possibbiltà ta’ skambju sensazzjonali bejn Napoli u Liverpool, li jista’ jinvolvi lil wieħed minn dawn iż-żewġ plejers.
Id-direzzjoni teknika ta’ Napoli qed taħdem biex issaħħaħ l-iskwadra għas-sena li ġejja b’mod ambizzjuż u kreattiv fis-suq tat-trasferimenti.
Hemm il-possibbilta’ li jidħol fil-kredu l-attakkant Victor Osimhen li Liverpool qed isegwuh b’attenzjoni u fejn jista’ jkun hemm bdil bejnu u bejn Chiesa.