Il-kowċ il-ġdid ta’ Inter Cristian Chivu, wara tliet xhur u nofs ma’ Parma, ħalla impatt tajjeb billi salvahom milli jiġu relegati għas-serie B. Illum tispiċċa l-avventura tiegħu bi ftehim mal-Inter biex jiġi rilaxxjat.
Il-kowċ jista’ jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-Inter u jġib miegħu plejers żgħar bħal Giovanni Leoni (2006) fid-difża, Mandela Keita (2002) fil-midfield, u Ange-Yoan Bonny (2003) fl-attakk. Bonny skorja sitt gowls fis-Serie A u qed jiġi mqabbel ma’ Lukaku bħala talent għall-futur ta’ Inter.