Saturday, November 16, 2024

Chris Said: “L-akbar problema f’Għawdex hija l-kriminalità”

Aqra wkoll

Il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex Chris Said iddikjara fil-Parlament li mill-problemi kollha li qed tiffaċċja l-gżira, il-kriminalità hija l-problema numru wieħed.

Huwa kien qed jitkellem fid-diskussjoni dwar l-estimi għall-Ministeru għal Għawdex kif imħabbra fil-Budget 2021.

Said semma kif sa ftit tas-snin ilu f’Għawdex kienu jħallu ċ-ċavetta fil-bieb imma llum le.

Huwa sostna li fejn qabel ma kinitx teżisti l-kriminalità fil-gżira llum żdiedet b’madwar 15%.

Problema oħra li semma hija n-numru ta’ Għawdxin li jaħdmu Malta fejn qal li fl-aħħar snin dawn żdeidu minn 1,500 għal 3,750.

Said sostna li ħafna Għawdxin qed jagħżlu li jaħdmu u jkollhom l-ewwel residenza f’Għawdex għax il-pagi huma iktar baxxi milli f’Malta.

Fl-istess waqt li kien hemm eżodu ta’ Għawdxin li qed jgħixu Malta żdiedu l-Maltin u l-barranin li qed jaħdmu Għawdex għax il-kera hemm irħas.

It-tielet problema li jara għal Għawdex hija l-qerda tas-sbuħija naturali fejn wissa li dan se jwassal biex tinqatel it-tiġieġa li tbid il-bajd tad-deheb.

Said żied li l-Għawdxin jaqilgħu medja ta’ €3,500 inqas mill-Maltin u qed jaħdmu xahrejn fis-sena għalxejn.

Dwar il-mina bejn iż-żewġ gżejjer d-deputat Nazzjonalista insista li l-Oppożizzjoni favuriha jekk tkun ‘feasible’.

Said irrefera wkoll għall-kwistjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u qal li l-bejgħ tiegħu lill-barrani kienet “l-ikbar ħadma  fl-Istorja ta’ pajjiżna”.

Ekonomija

Sport