Friday, December 27, 2024

Chris Smalling ta’ Roma ma jridx jitlaqqam

Aqra wkoll

Skond ġurnal Taljan, Chris Smalling huwa wieħed mill-players ta’ Roma li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 u José Mourinho huwa rrappurtat li qed jipprova jikkonvinċi lid-difensur Ingliż biex jitlaq­qam.

Roma għandhom tliet players pożittivi bil-coronavirus iżda naqsu milli jiżvelaw l-identità tagħhom għal raġunijiet ta’ privatezza.

Madankollu Borja Mayoral, Danuel Fuzato u Smalling huma maħsuba li huma t-tliet players li rriżultaw pożittivi, skont diversi rapporti fl-Italja.

Fosthom, Smalling huwa l-uniku wieħed li allegatament ma tlaqqamx.

Skond l-istess ġurnal, Mourinho qed jipprova jipperswadi lill-eks difensur ta’ Manchester United biex jibdel fehmtu dwar it-tilqima iżda ma rnexxielux fit-tentattivi tiegħu.

Il-winger ta’ Bologna, Simone Sansone, tlaqqam il-ġimgħa li għaddiet iżda lmenta dwarha, u qal li ‘id-drittijiet tal-bniedem ma jgħoddux’ u li ‘m’hemmx aktar libertà tal- għażla.’

Sadanittant, is-Serie A se tagħmel il-Co­vid-19 obbligatorju sabiex players mhux imlaqqma jkunu jistgħu jiġu pprojbiti milli jilagħbu mill-10 ta’ Jannar.

Il-Gvern Taljan jista’ japprova wkoll ‘Super Green Pass’ li jippermetti li nies imlaq­qma biss jaħdmu.

Ekonomija

Sport