Monday, December 23, 2024

Christian Atsu għadu nieqes fit-tifrik tat-terremot tat-Turkija

Aqra wkoll

L-eks winger ta’ Newcastle, Christian Atsu, għadu nieqes disat ijiem wara  li seħħ terremot fit-Turkija … bl-aġent tiegħu, Nana Sechere, tappella għal aktar riżorsi biex jgħinu fl-isforzi ta’ salvataġġ.

Aktar minn 37,000 persuna nqatlu kawża tat-terremot b’qawwa ta’ 7.8 fuq l-iskala richter li laqat ix-xlokk tat-Turkija u t-tramuntana tas-Sirja fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Frar.

Atsu, li jilgħab mat-team Tork ta’  Hatayspor, kien irrappurtat nieqes wara li sħabu tat-team u membri tal-istaff tekniku ġew salvati mit-tifrik. 

Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm rapporti li l-internazzjonali tal-Ghana kien ġie salvat ukoll, iżda ma kinux korretti u fil-fatt għadu nieqes …. biċ-ċansijiet li jinstab ħaj huma remoti ħafna. 

Ekonomija

Sport