Il-midfielder ta’ Brentford Christian Eriksen ikkonferma li qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu qabel l-iskadenza tal-kuntratt tiegħu dan is-sajf.
Il-player ta’ 30 sena ingħaqad mal-Bees bi ftehim għal żmien qasir sa tmiem l-istaġun lura f’Jannar, wara li ħalla lil Inter.
Bħala riżultat tas-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu, id-Daniż huwa liberu li jingħaqad ma’ clubs oħra fit-tieqa tat-trasferimenti li jmiss, bl-ex club Tottenham Hotspur wieħed minn diversi clubs marbutin ħafna mal-akkwist potenzjali tal-midfielder.