Thursday, December 19, 2024

Christian Eriksen jingħaqad ma’ Brentford

Aqra wkoll

Brentford iffirmaw lill-internazzjonali Daniż, u eks- midfielder ta’ Tottenham Hotspur, Christian Eriksen, b’kuntratt għal sitt xhur.

Eriksen ilu ma jilgħab minn meta sofra attakk f’qalbu waqt il-partita tad-Danimarka kontra l-Finlandja fil-Euro 2020 f’Ġunju li għadda.

Sussegwentement ġie mgħammar b’implantat cardioverter-defibrillator (ICD) – tip ta’ pacemaker.

“Ħadna opportunità inkredibbli biex inġibu player ta’ klassi mondjali fi Brentford,” qal il-manager tal-Bees, Thomas Frank.

Fl-istaġun li għadda l-player ta’ 29 sena rebaħ il-kampjonat Taljan ma’ Inter, iżda t-Taljani u Eriksen qablu li jħassru l-kuntratt tiegħu f’Diċembru hekk kif players mgħammra b’ICD ma jistgħux jieħdu sehem fis-Serie A.

Madankollu, il-Premier League m’għandux l-istess re­golamenti.

Wara li ħalla lil Inter, Eriksen beda jitħarreġ waħdu fil-club Daniż, Odense Boldklub, fejn qabel kien player taż-żgħażagħ, u spjega l-aspirazzjonijiet tiegħu li jerġa’ jibda l-karriera tiegħu ta’ player sabiex jilgħab mad-Danimarka fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar.

Huwa ngħaqad ma’ Inter fl-2020 wara perjodu ta’ seba’ snin ma’ Tottenham, li matulhom skorja 69 goal fi 305 logħba u għen lill-club jasal sal-finali taċ-Champions League tal-2019.

Frank żied jgħid: “Hu ilu ma jitħarreġx ma’ team għal seba’ xhur iżda għamel ħafna xogħol waħdu. Huwa f’saħħtu iżda se jkollna bżonn inġibuh tajjeb għal-logħob u ninsab ħerqan li narah jaħdem mal-players u l-istaff biex jerġa’ lura lejn l-ogħla livell tiegħu.

Ekonomija

Sport