Nhar is-Sibt li għadda, Christian Eriksen għamel ir-ritorn tiegħu fil-logħba tal-football tmien xhur biss wara li sofra attakk f’qalbu fil-Euro 2020.
L-eks plejer ta’ Tottenham Hotspur ġie sostitwit minn Brentford fit-52 minuta fil-logħba kontra Newcastle fejn ingħata ċapċipa kbira mill-partitarji kif ukoll il-plejers taż-żewġ naħat.
Iżda fil-verita ma kienx ritorn tal-ħolm f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżultat, hekk kif Brentford sfaw megħluba f’darhom bl-iskor ta’ 2-0 … minbarra li sfaw jilagħbu bi plejer inqas.
Eriksen kien qrib il-mewt iżda huwa rkupra tajjeb, tant, li mingħand Inter huwa ġie trasferit għal ma’ Brentford.