L-aġent ta’ Christian Eriksen qal li l-eks stilla ta’ Inter dalwaqt se jitkellem dwar il-futur tiegħu wara li temm il-kuntratt man-Nerazzurri. Huwa ħalla lil Inter b’kunsens reċiproku f’Diċembru.
Il-player ta’ 29 sena kien sofra arrest kardijaku waqt il-konfront tal-ftuħ tal-Euro 2020 tad-Danimarka kontra l-Finlandja f’Ġunju 2021.
Huwa ma tħalliex jilgħab fis-Serie A bil-hear defibrillator inplanted, għalhekk il- ġganti tas-Serie A u l-eks stilla ta’ Tottenham kellhom itemmu l-ftehim tagħhom.
Id-deċiżjoni “ma kellha x’taqsam xejn ma’ Inter,” qal l-aġent tal-player, Martin Schoots, f’intervista mal-media Olandiża.
“Kulħadd irid isegwi regoli li ilhom fis-seħħ għal ħafna snin. Wara l-inċident, kont naf li l-Italja kienet punt mejjet u għalhekk bdejt taħdidiet mal-avukati tagħna fl-Italja.”
Eriksen ilu jitħarreġ mal-eks club tiegħu Odense fid-Danimarka, iżda l-futur tiegħu fil-football għadu inċert.
Huwa jista’ jkompli jilgħab fl-Eredivisie Olandiża u fil-Premier League Ingliż.
“Christian huwa ambizzjuż, jaf li hu tajjeb,” qal Schoots.
“Għandu jkun l-ewwel wieħed li jitkellem dwar l-ambizzjonijiet tiegħu u se jagħmel dan dalwaqt.”
Eriksen ingħaqad ma’ Inter bi trasferiment permanenti mingħand Tottenham f’Jannar 2020. Huwa skorja tmien goals f’60 dehra man-Nerazzurri u rebaħ it-titlu tas- Serie A fl-2020-21.