Jidher li l-playmaker ta’ Brentford, Christian Eriksen, ta l-approvazzjoni biex jirritorna ma’ Tottenham Hotspur fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-player internazzjonali tad-Danimarka iffirma kuntratt ta’ sitt xhur ma’ Brentford f’Jannar wara li rkupra notevolment minn attack tal-qalb li sofra waqt Euro 2020 u skorja goal wieħed u pprovda żewġ assists f’sitt ħarġiet tal-Premier League s’issa.
L-aġent ta’ Eriksen dalwaqt se jiltaqa’ ma’ Brentford biex jiddiskuti l-futur tal-player ta’ 30 sena, bil-manager tal-club, Thomas Frank ħerqan li jżomm lill-ex stilla ta’ Inter Milan u Tottenham fuq il-kotba tagħhom għall-istaġun li ġej.
Madankollu, Eriksen jisnab ħerqan li jirritorna ma’ Tottenham, fejn irreġistra 69 goal u 90 assist fi 305 partita f’perjodu ta’ sitt snin u nofs.
Jidher li Tottenham ressqu offerta għal Eriksen, li jidher lest li jirrifjuta kull interess minn Manchester United u Newcastle United biex jirritorna fit-Tramuntana ta’ Londra.
B’hekk Eriksen mistenni jerġa’ jingħaqad mal-ex club Tottenham u mal-ex manager Conte waqt il-konfront tal-Premier League tal-lum is-Sibt, u l-manager ta’ Spurs jidher li jinsab kuntent bil-prospett ta’ rijunjoni “inkredibbli” mad-Daniż.