L-istilla mill-Istati Uniti Christian Pulisic ikkonferma mal-ġurnalisti li se jkun qed jibqa’ ma’ AC Milan għal iktar snin. Hu qal li l-klabb għandu fiduċja sħiħa fih u hu ma jistax jinsa dan kollu. Tenna li jinsab għal qalbu magħhom u jittama li l-perjodu mhux daqstant pożittiv jgħaddi ma jdumx.
Pulisic għandu 26 sena u skorja 21 gowl f’61 partita ma’ AC Milan.