Il-coach il-ġdid ta’ Paris Saint-Germain, Christophe Galtier, ikkonferma li beħsiebu jżomm lill-attakkant Brażiljan, Neymar, fost rabtiet ma’ Chelsea.
Il-futur tal-player ta’ 30 sena fil-kapitali Franċiża riċentement tpoġġa f’dubju, b’rapport wieħed jgħid li ċ-champions tal-Ligue 1 kienu lesti li jilqgħu offerti għall-Brażiljan dan is-sajf.
Neymar huwa miftuħ li jfittex club ġdid, b’Chelsea, Manchester City, Manchester United u Newcastle United kollha mifhum li għamlu inkjesti dwar id-disponibbiltà tal-player.