Bayern Munich identifikaw lill-attakkant ta’ RB Leipzig, Christopher Nkunku, bħala mira potenzjali għat-trasferiment tas-sajf.
Filwaqt li Bayern rebħu titlu ieħor tal-Bundesliga f’dan l-istaġun, il-Bavarjani mhux dejjem kienu fl-aqwa tagħhom u sofrew eliminazzjoni sorpriża miċ-Champions League għas-spejjez ta’ Villarreal.
B’dubji wkoll rigward il-futur ta’ Serge Gnabry u Robert Lewandowski, il-coach Julian Nagelsmann mistenni jidħol fis-suq tat-trasferimenti għal mill-inqas attakkant wieħed ġdid fix-xhur li ġejjin.
Bayern huma ammiraturi ta’ Nkunku u lesti jagħmlu offerta għall-attakkant Franċiż.
Il-player ta’ 24 sena gawda dak li jista’ jipi deskritt bħala l-aqwa staġun tal-karriera tiegħu, billi skorja 31 goal u pprovda 14-il assist minn 48 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Manchester United huma magħrufa wkoll li qed isegwu kwalunkwe tip ta’ żvilupp fil-futur ta’ Nkunku, konxji li Leipzig jistgħu jkunu lesti li jċedu lill-player għall-ammont sostanzjali ta’ flus, li fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu.