Chelsea ffirmaw lill-attakkant ta’ Franza, Christopher Nkunku mingħand RB Leipzig għal £52 miljun.
Il-player ta’ 25 sena skorja 16-il goal f’25 logħba fil-Bundesliga l-istaġun li għadda.
Nkunku, li lagħab 10 darbiet għal Franza, huwa l-ewwel akkwist tal-coach il-ġdid, Mauricio Pochettino, minn meta ngħata t-tmexxija f’Mejju.
“Ninsab kuntent li qed ningħaqad ma’ Chelsea. Ninsab eċċitat ħafna għal din l-isfida u se nkun kburi li nilbes il-flokk ta’ Chelsea,” qal Nkunku.
“Wara li lgħabt fil-Ligue 1 u l-Bundesliga, issa rrid nilgħab fil-Premier League, wieħed mill-aktar kampjonati b’saħħithom fid-dinja.
“Ninsab ħerqan li se niltaqa’ mal-coach il-ġdid tiegħi u ma’ sħabi u se nuri lill-partita ta’ Chelsea x’nista’ nagħmel fil-ground.”