Saturday, December 21, 2024

Christopher Siegersma nnominat għall-kariga ta’ Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi nnomina lis-Sur Christopher Siegersma biex jinħatar mill-President ta’ Malta fil-kariga l-ġdida ta’ Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri.

Is-Sur Siegersma għandu tmienja u tletin sena, u ġej minn snin twal ta’ esperjenza f’ħidma fil-qasam mediku u soċjali. Fl-irwol professjonali tiegħu, hu kien responsabbli minn timijiet multidixxiplinarji fis-setturi tas-saħħa mentali, ewlenin fosthom il-Crisis Intervention and Home Treatment team (CIHT) u l-Young People’s Unit (YPU).

Is-Sur Christopher Siegersma hu gradwat bħala infermier, b’Masters mill-Università ta’ Malta fil-kura tas-saħħa mentali. Fil-preżent, qiegħed fil-proċess li jottjeni PhD mill-Queen Margaret University ta’ Edinburgh fl-Iskozja. F’dan id-dottorat, is-Sur Siegersma qed jispeċjalizza fit-trawma psikoloġika li tirrelata ma’ atti kriminali.

Barra mit-termini hekk kif rikjesti mil-liġi, il-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jkun fdat ukoll li jsegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet skont kif proponuti mill-Bord ta’ Inkjesta li evalwa l-operat tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Ekonomija

Sport