CIC Sports Malta rebħu l-Junior Super Cup 2025 li saret fil-belt Pollakka ta’ Bialystok meta rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu fil-kategorija ta’ taħt id-disa’ snin.
Huma kellhom rekord perfett tul din il-kompetizzjoni hekk kif għelbu lil Vistula Krakow 3-2, Talent Bialystok 5-0, Zalgiris Kaunas 3-0, Warsaw 2-0, Gornik Leczna 3-0, Warsaw School of Economics 5-1, Vilnius FA White 1-0, Crown Dobrzyniewo 7-0, Vilnius FK 7-1, Konstantyno WSKA 3-0, Zalgiris Vilnius 8-0 u għal darb’oħra lil Vistula Krakow 3-2.
B’kollox it-tim immexxi minn Franco Agius skorja 48 gowl u qala’ biss erba’ gowls.
Dan it-turnew intlagħab fl-istadium ikoniku ta’ Chorten Arena u fih ħadu sehem 28 tim minn diversi pajjiżi Ewropej.