Kolumbjan ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza li baqgħet sejra.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7pm, f’Ħaż-Żebbuġ. Kien dalgħodu li l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ mill-Isptar Mater Dei.
Huwa mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Fl-isptar instab li kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.