Ċiklist iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-7:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal Kottoner fil-Fgura.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn rota misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid u Toyota misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Raħal Ġdid.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liċ-ċiklist lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa rriżulta li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.