Sunday, November 24, 2024

Ċiklist isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6.45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alessio Erardi, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti x-Xgħajra li kien qed isuq rota, sofra xi ġrieħi f’inċident ma’ Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport