Tuesday, September 24, 2024

Ċiklist isofri ġrieħi serji wara li jaħbat fi trakk wieqaf

Aqra wkoll

Ċiklist ta’ 29 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija jirriżulta li l-inċident seħħ bejn trakk tat-tip Daf Cf li kien wieqaf u s-sewwieq tar-rota.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tar-rota, li wara ttieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Sport