Friday, March 28, 2025

Ċiklist iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ trakk f’San Ġwann

Aqra wkoll

Taljan ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bir-rota f’San Ġwann.


Kien għall-ħabta tal-10.45 a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq tal-Balal.


Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm it-Taljan, u trakk DAF, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti l-Mosta.


Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport