Sunday, November 10, 2024

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena minn Ħ’Attard iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Istadium Nazzjonali, Ħ’Attard.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ inċident bejn rota li kienet misjuqa mir-raġel ta’ 47 sena u vettura Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liċ-ċiklist sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport