Aktar kmieni llum, għall-ħabta 2:20 p.m il Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm Brażiljan ta’ 23 sena, u vettura Isuzu TFR, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imġarr.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.