Friday, November 15, 2024

Ċiklist jaħbat ma’ ballord u jsofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena u residenti l-Fgura, jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra waqt li kien qed isuq ir-rota. 

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:20 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Buqana, ir-Rabat, minħabba li kien hemm persuna li sofra xi ġrieħi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u sofra xi ġrieħi . 

Il-vittma’ ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport