Raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-7:40 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ċ-ċklist intlaqat minn karozza BMW one series misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liċ-ċiklst sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.