Ċiklist tilef ħajtu traġikament wara li ntalaqt minn vann fi Triq Villabate, Marsaskala.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am, bil-pulizija u tim mediku wasslu immedjatament fuq il-post sabiex jassistu.
Jirriżulta f’dan l-aċċident kienet involuta wkoll karozza, misjuqa minn Taljan u miegħu kellu passiġġiera mill-Italja wkoll.
Il-vann li laqtet liċ-ċiklist kienet misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorja.