Sunday, December 22, 2024

Ċiklist ta’ 37 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imġarr

Aqra wkoll

Għall-ħabta ta’ 12.00pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport