Trek-Segafredo issospendew liċ-ċiklist Antonio Tiberi għal 20 ġurnata mingħajr salarju wara li f’San Marino qatel qattus b’pistola.
It-team tiegħu qal li din l-imġieba xejn m’hi tollerabbli u minkejja li l-istess Tiberi skuża ruħu fuq Instagram, hu ġie mmultat ukoll is-somma ta’ £4,000 għal dan l-inċident.
Tiberi sostna li dak il-ħin ma kienx jaf x’kien qed jagħmel u llum il-ġurnata meta jħares lejn dak l-inċident iħossu jistħi.
Sadanittant Trek-Segafredo lesti li jkomplu jieħdu aktar passi jekk tiġi ripetuta din l-imġieba.