Thursday, December 26, 2024

Ċiklista ssofri ġrieħi wara li waqgħet bir-rota fil-Ġnejna

Aqra wkoll

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku ntalbu jassistu fil-bajja tal-Ġnejna.

Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m ċiklista sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet bir-rota.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklista lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport