Aidan Buttigieg tal-klubb Ghawdxi D Sports Lab u Michelle Vella Wood tat-Team Greens huma c-champions Nazzjonali tat-Time Trial għal din is-sena 2023 organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Għal Aidan Buttigieg din kienet l-darba fil-karriera tiegħu li huwa spiċċa champion Nazzjonali tat-Time Trial. Filfatt din is-sena huwa spiċċa l-ewwel fil-klassifika tal-Kategorija Elite meta kiseb il-massimu ta’ 600 punt bi tliet rebħiet. u darba oħra t-tieni post. Fit-tieni post ikklassifika Clive Bugeja ta’ Mosta CC b’total ta’ 450 punt, segwit fit-tielet pożizjoni minn Jason Vella ta’ Agones SFC bi 415 punt. Storikament din kienet ukoll l-ewwel darba li klubb Għawdxi rebaħ dan it-titlu.
Minn naħa tagħha, Michelle Vella Wood tat-Team Greens rebhet dan it-titlu tan-Nisa ghas-sitt darba fil-karriera taghha meta kisbet total ta’ 530 punt. Warajha spiċċaw rispettivament sehbitha tat-Team Greens, Marie Claire Aquilina (400 punt) u Fiona Tedesco ta’ Mosta CC (315 punt).
Isaac Spiteri ta’ The Cyclist spiċċa champion Nazzjonali tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena meta spiċċa l-ewwel fil-klassika b’510 punt. Fit-tieni post spiċċa Jacob Schembri ta’ Mosta CC b’400 punt, filwaqt li Luke Borg ta’ The Cyclist spiċċa t-tielet b’total ta’ 350 punt. Fl-istess Kategorija f’dik Feminili, Kristina Spiteri ta’ The Cyclist spiccat champiuon b’massimu ta’ 600 punt. Warajha spiccat Veronique Pace Axiaq tal-istess The Cyclist b’ 525 punt.
Nicholas Schembri (Team Greens) spiċċa champion Nazzjonali fil-Masters 40+, b’massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċa siehbu tat-Team Greens Gordon Howe b’350 punt u David Cushing ta’ B’Kara St Joseph (330 punt). Mentri Kevin Muscat ta’ Mosta CC spiċċa champion Nazzjonali fil-Masters 50+ b’400 punt, segwit minn Enrico Bradamante ta’ Agones Sfc (350).
Matthew Galea (Gozo CC) spiċċa bħala champion Nazzjonali tal-Juniors b’total ta’ 400 punt. Ryan Gatt ta’ The Cyclist spiċċa bħala champion Nazzjonali tal-Juniors b’total massimu ta’ 600 punt. Fit-tieni post spiċċa Ishmael Grima ta’ D Sport Lab (175 punt) u Sean Mercieca ta’ Mosta CC (155 punt). Roanna Farrugia ta’ Agones Afc rebhet il-Kategorija Feminili b’200 punt.
Liam Daly ta’ Shamrock Stars spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt l-14 il-sena b’total massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta CC, Ethan Grech (525 punt) u Samwel Attard (465 punt).
Neil Cassar ta’ Shamrock Stars spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt it-12 il-sena b’total ta’ 575 punt. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ohra ta’ Shamrock Stars, Isaac Buttigieg (470 punt) u Jake Refalo (355 punt). Nina Debono ta’ Shamrock Stars zammet it-titlu bħala champion Nazzjonali ta’ taħt it-12 il-sena Bniet b’total massimu ta’ 600 punt. Warajha spiċċat Katie Vella Wood tat-Team Greens b’350 punt u Amy St John b’155 punt.
Fi tmiem dawn it-tiġrijiet tal-Kampjonat tagħha, l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu trid turi l-apprezzament tagħha għaċ-ċiklisti u l-uffiċjali tal-klabbs kollha għas-sehem tagħhom, kif ukoll għal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll tmur għas-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Puliżija, il-LESA u l-Emergency First Response, kif ukoll lil xi voluntiera, timekeepers u marshalls.