Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab kompla għaddej bir-rebħ tiegħu meta għamel trippletta fil-Kampjonat Nazzjonali Time Trial organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fiċ-ċirkwit ta’ San Martin, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2023 fuq distanza ta’ 1.7km.
Aidan Buttigieg reġa rebaħ ukoll din it-tielet tiġrija ta’ kontra l-ħin meta spiċċa l-ewwel fl-Elite f’ħin ta’ 03:13, vantaġġ ta’ 23 sekonda fuq John Camilleri (B’Kara SJ) u 26 sekonda fuq Jason Vella (Agones Afc).
It-tiġrija tan-Nisa ntrebħet minn Marie Claire Aquilina tat-Team Greens f’ħin ta’ 04:14. Fit-tieni post ikklassifikat seħbitha Michelle Vella Wood (05:14).
Il-Kategorija Masters 40+ irriżultat f’waħda nteressanti fejn ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens f’ħin ta’ 03:47. Warajh daħlu rispettivament Nicholas Schembri tat-Team Greens (04:07) u r-Russu Johann Jo (04:19).
Isaac Spiteri ta’ The Cyclist rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 04:34, mentri oħtu Kristina Spiteri ta’ The Cyclist rebħet il-Kategorija Under 23 Feminili f’ħin ta’ 05:20. Matthew Galea ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors f’ħin ta’ 05:52, filwaqt li Ryan Gatt rebah il-Kategorija Under 16 f’ħin ta’ 04:00.
Liam Daly ta’ Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 meta għamel il-ġirja tiegħu f’ħin ta’ 04:34. Jake Refalo ta’ Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Subien meta għamel il-ġirja tiegħu f’ħin ta’ 04:30 u seħbietu Nina Debono rebħet l-istess kategorija feminili f’ħin ta’ 05:30.
Fi tmiem din it-tiġrijiet saru l-premjazzjonijiet tal-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun it-tielet u l-ahhar waħda mill-Kampjonat tar-Road nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2023 fuq iċ-ċirkwit ta’ Fluer-de-Lys.