Saturday, December 21, 2024

Ċikliżmu – Aidan Buttigieg u Marie Claire Aquilina jibdew bil-kbir

Aqra wkoll

Aidan Buttigieg tal-klubb il-ġdid Għawdxi, D Sports Lab u Marie Claire Aquilina tat-Team Greens bdew bil-kbir fl-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial. Iż-żewġ kampjonat organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, din is-sena qed jerġgħu jsiru fuq tliet tiġrijiet kull kampjonat.  F’temp xemxi, Aidan Buttigieg fir-ritorn tiegħu mill-Awstralja spiċċa l-ewwel fil-Kategorija Elite, filwaqt li Marie Claire Aquilina rebħet il-Kategorija riservata għan-Nisa’, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd l-23 ta’ April 2023 fil-Coastroad, Salina fuq distanza ta’ 20 km fuq erba’ dawriet.

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu f’ħin ta’ 27:04.23, vantagg ta’ 02:73.30 fuq Etienne Cutajar tat-Team Greens (29:21.53). Fit-tielet post spiċċa Clive Bugeja ta’ Mosta AF Sign Studio CC (29:40.35). It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti tat-Team Greens, biċ-champion renjanti Marie Claire Aquilina tispiċċa fuq quddiem f’ħin ta’ 33:46.30 b’vantaġġ ta’ 1.40:30 fuq Juleanne Vassallo (35.26:60). Seħbiethom Michelle Vella Wood spiċċat it-tielet (35.28:22).

Jacob Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 29.12:00. Fit-tieni post spiċċa Luke Borg ta’ The Cyclist f’ħin ta’ 30.35:04. Isaac Spiteri ta’ The Cyclist spiċċa fit-tielet pozizjoni f’ħin ta’ (33.45:92). Kristina Spiteri ta’ The Cyclist rebħet il-Kategorija Under 23 Feminili f’ħin ta’ 36.52:82. Fit-tieni post spiċċat seħbietha Veronique Pace Axiaq f’ħin ta’ 40.57:00.

Il-Kategorija Masters 40+ irriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti tat-Team Greens, b’ Luis Joaquin Rojas Guzman jirbaħ f’ħin ta’ 29.30:32. Warajh daħlu rispettivament żewġ ċiklisti ohra tat-Team Greens, Nicholas Schembri (31.09:46) u Gordon Howe (32.33:45). 

Kevin Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 31.33:02. Hu kien segwit minn Enrico Bradamante ta’ Agones SFC (35.12:61).

Matthew Galea ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors (41.02:18), filwaqt li Zia Fuji ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 16 tat-Tfajliet meta għamlet iż-żewġ dawriet tagħha f’ħin ta’ 19.28:16. Liam Daly ta’ Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 14  meta għamel id-dawra tiegħu ta’ 5km f’ħin ta’ 08.58:16. Warajh daħlu żewġ ciklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Ethan Grech (09.31:11) u Samwel Attaed (09.58:63).

Il-Kategorija tal-Under 12 Subien rat tliet ciklist ta’ Shamrock Stars fl-ewwel postijiet, b’Neil Cassar jirbaħ f’ħin ta’ 08.55:89. Warajh daħlu sħabu Kai Debono (09.16:57) u Julian  Bugeja (09.33:29),filwaqt li Nina Debono ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 12 Tfajliet (09.14:29), segwita minn Katie Ann Vella Wood tat-Team Greens (09.47:55) u Amy St John ta’ Mosta AF Sign Studio CC (10.28:12).

Fi tmiem din it-tiġrijiet saru l-premjazzjonijiet tal-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun l-ewwel waħda mill-Kampjonat tar-Road f’San Martin, San Pawl il-Baħar nhar il-Ħadd is-7 ta’ Mejju 2023.

Ekonomija

Sport