Aidan Buttigieg ta’ Team Polti Visit Malta rebaħ it-tielet u l-aħħar tiġrija tal-Kampjonat Nazzjonali tar-Time Trial, wieħed miż-żewġ kampjonat organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Dawn it-tiġrijiet saru l-Miżieb fejn iċ-ċiklisti kollha għamlu lap waħda ta’ 1.1km. B’hekk intemmu ż-żewġ kampjonati organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.
Aidan Buttigieg spiċċa għal darb’oħra l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu f’ħin record ta’ 2:13.49. Jacob Schembri ta’ Bike It Up Racing spiċċa t-tieni (2:20.17), filwaqt li fit-tielet post spiċċa sieħbu John Camilleri tal-istess Bike It Up Racing (2:27.27). Diana Muscat tat-Team Greens rebħet it-tiġrija tan-Nisa f’ħin ta’ 3:19.65. Warajha daħlet seħbitha tat-Team Greens, Michelle Vella Wood (3:30.75) u Lindsey Pirotta ta’ D Sports Lab (3:34.33).
Fil-Kategorija tal-Masters 40+ kienet iddominata minn ċiklisti tat-Team Greens li spiċċaw kollha fuq il-podium fejn ħareġ rebbieħ Joaquin Rojas f’ħin ta’ 2:37.47. Warajh daħlu rispettivament sħabu Arek Kawalec (2:37.51) u Gesred Borg tat-Team Greens (2:43.94). David Cushing ta’ Bike It Up Racing minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 3:01.14. Hu kien segwit minn Joseph Caruana tat-Team Greens (4:53.48).
Ryan Gatt ta’ The Cyclist by Agones rebaħ il-Kategorija tal-Juniors f’ħin ta’ 3:14.37. Ethan Grech ta’ Mosta CC rebaħ il-kategorija tal-Under 16 Maskili f’ħin ta’ 2:47.34, segwit minn sieħbu tal-istess Mosta CC Samwel Attard (3:58.96). Rihanna Hassan tat-Team Greens rebħet l-istess Kategorija Feminili f’ħin ta’ 7:50.19.
Neil Cassar ta’ Shamrock Stars rebaħ l-Under 14 Maskili meta spiċċa għal darb’oħra l-ewwel f’ħin ta’ 2:36.96. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta CC, Timothy Buttigieg Scicluna (3:36.73) u Matthew Agius (3:47.83). Katie Anne Vella Wood tat-Team Greens rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet f’ħin ta’ 3:39.38, segwita minn Nina Debono Curmi ta’ D Sports Lab (4:26.21).
Il-kategorija tal-Under 12 Boys intrebhet minn Kruiven Farrugia ta’ Shamrock Stars f’ħin ta’ 3:44.88, segwit rispettivament minn, Kurt Grech ta’ Mosta CC (5:03.31) u Nolan Tabone (5:15.01). L-istess kategorija tal-Under 12 Girls intrebħet minn Zaliya Dimech, ukoll ta’ Shamrock Stars f’ħin ta’ 6:35.45.