L-appell taċ-ċiklista Kolombjan Nairo Quintana kontra l-iskwalifika tiegħu fit-Tour de France ta’ din is-sena ma ġiex ikkunsidrat mill-Qorti għall-Arbitraġġ għall-Isport (CAS).
Quintana tneħħielu s-sitt post tiegħu fit-tour Franċiża għal din is-sena wara analiżi ta’ żewġ kampjuni tad-demm li ħadulu. Aktar tard sar magħruf li f’demmu kien hemm traċċi ta’ droga projbita msejħa tramadol.
Min-naħa tiegħu, Quintana ċaħad li uża xi tip ta’ sustanza projbita.