Saturday, November 23, 2024

Ċipru se jerġa’ jiftaħ it-titjiiriet mid-9 ta’ Ġunju… iżda b’ċerta kundizzjonijiet

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Ċipru mistenni jiftaħ mill-ġdid l-ajruport tiegħu fid-9 ta’ Ġunju, fejn dan se jkun qed isir f’żewġ fażijiet. Dan wara li l-pajjiż kważi għamel tliet xhur f’lockdown.

Madankollu, turisti mill-akbar swieq turistiċi tal-pajjiż, jiġifieri l-Ingilterrra u r-Russja mhumiex fuq il-lista ta’ dawk li se jitħallew imorru fil-pajjiż, peress li dawn mhumiex meqjusin bħala pajjiżi minn dawk li kkontrollaw tajjeb il-Coronavirus.  

Dan ġie mħabbar mill-Ministru għat-Trasport, Yiannis Karousos li spjega kif fl-ewwel fażi se jingħata permess biex jaslu fil-pajjjiż passiġġieri minn 20 pajjiż. Matul din il-fażi, dawk li jżuru l-pajjiż se jkunu jridu ġew ittestjati li huma negattivi għall-Coronavirus sa 72 siegħa qabel ma jaslu f’Ċipru. Dan irid jiġi pprovat permezz ta’ ċertifikat. Iċ-Ċiprijotti li jaslu lura jridu jieħdu dan it-test malli jaslu lura u joqogħdu f’iżolazzjoni sakemm ma jsirr magħruf ir-riżultat. 

Fit-tieni fażi, li tibda mill-20 ta’ Ġunju, imbagħad għandhom jiġu rilaxxati aktar restrizzjonijiet. Dawk il-pajjiżi fil-Kategorija A, li jinkludu l-Greċja, il-Ġermanja u anke Malta, ma jkollhomx bżonn jippreżentaw ċertifikat li jipprovaw li n-nies mhumiex infettati bil-COVID-19. Dan mhux se jkun il-każ għal pajjiżi minn Kategorija B li tinkludi fost l-oħrajn lill-Iżvizzera u l-Polonja. 

Vjaġġi kummerċjali minn pajjiżi li mhumiex fuq il-lista mhux se jitħallew isiru, sakemm ma jkunux titjiriet ta’ ripatrijazzjoni. 

Sport