Monday, September 16, 2024

Ciro Immobile jrid jibqa’ ma’ Lazio

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Taljan Ciro Immobile kien qed jitkellem wara l-logħba li l-Italja lagħbet kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, valida mill-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024.

Immobile żvela li kellu numru ta’ offerti minn klabbs fl-Arabja Sawdija iżda hu rrifjuta s-somom attraenti li ppruvaw ituh.

Immobile qal li jinsab għal qalbu ma’ Lazio u dan saru parti minn ħajtu. Hu rringrazzja lil Biancocelesti għall-appoġġ li dejjem tawh u wiegħed li jibqa’ fidil lejn dawn il-kuluri.

Sport