Wara l-inċident tat-traffiku li kien involut fih, l-attakkant internazzjonali Taljan, Ciro Immobile, se jkun qed joħroġ mill-isptar proprju llum.
Bullettin mediku li ħarġu t-tobba ta’ Lazio qed jgħid li l-plejer jista’ jibda jitħarreġ ftit ftit għalkemm irid jieħu pilloli kontra l-uġigħ sabiex jagħmel dan.
Għalkemm jidher improbabbli li jilgħab għal Lazio kontra Torino, l-objettiv tal-kowċ Maurizio Sarri hu li jkun disponibli għal-logħba f’San Siro kontra Inter.