Cisk Chill, l-għażla popolari taċ-Cisk Lager b’togħmiet differenti, ħarġet togħma oħra għas-sajf: Cisk Chill Melon Mix.
Cisk Chill ħarġet fis-suq fl-2011 għall-ewwel bit-togħma friska tal-lumi, u ma damitx ma saret birra favorita tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ klijenti li jippreferu birer mhux daqstant qawwija. Maż-żmien żiedet togħmiet oħra tal-frott imħalltin mal-birra klassika Cisk.
Il-varjetà innovattiva l-ġdida Melon Mix hija l-aħħar żieda fil-portfolju tal-birer ta’ Farsons, u qed toffri birra ħelwa ideali għax-xhur tas-sajf. Minħabba l-ingredjenti ħfief u r-riħa u t-togħma ħelwa tagħha, din il-lager iffermentata f’temperaturi baxxi saret l-ewwel għażla ta’ dawk li jħobbu birra rifreskanti biex jaqtgħu l-għatx fix-xhur sħan tas-sajf Malti. Il-birer Cisk Chill huma ideali wkoll ma’ ikliet ħfief ta’ insalati u ħut.
Cisk Chill Melon Mix tiġi f’bottijiet ta’ 33ċl u ssibha fil-ħwienet tax-xorb, supermarkets, bars, pubs, beach clubs, u restoranti oħra madwar Malta u Għawdex. Tista’ tixtriha wkoll mis-sit www.farsonsdirect.com.
Il-birer rebbieħa ta’ Cisk jinkludu Cisk Lager, Cisk Excel Low Carbohydrate Lager, Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager, Cisk Premium Finest Export Lager, Cisk Pilsner Premium Lager u Cisk Strong Premium Lager, kif ukoll l-għażla Cisk Chill Lemon u Melon Mix. Il-birer Cisk jissajru kollha bl-ogħla standards tal-Birrerija Farsons bl-aqwa materja prima. Għal tagħrif ieħor idħol fis-sit www.cisk.com jew segwi ċ-Cisk mill-mezzi soċjali.