Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li ċ-Ċittadella hija r-rebbieħa tal-Public Cholice Awards tar-RegioStars minn fost 300 proġett kofinanzjati minn Fondi Ewropej.
Fl-aħħar ġimgħat kienet għaddejja kampanja kbira biex iċ-Ċittadella tirbaħ dan l-unur tant prestiġjuż.
Il-Ministru Camilleri rringrazzja lil kull min ta’ sehemu biex dan l-unur jinġieb fil-gżira Għawdex. “Flimkien ksibna dan is-suċċess” temm jgħid il-Ministru għal Għawdex fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.