L-Università ta’ Leeds tinstab imħassba ferm għal waħda mill-istudenti tal-PhD tagħha hekk kif din ingħatat sentenza ta’ 34 ħabs ġewwa l-Arabja Sawdija minħabba tweets li kitbet.
Salma al-Shehab, li għandha 34 sena u hija omm ta’ tnejn hija ċittadin tal-Arabja Sawdita u kienet ġiet arrestata fl-2021 meta kienet fuq żjara f’pajjiżha. Qabel waslet f’pajjiżha hija kien għadha kif kitbet tweet fejn sejħet għal riformi kif ukoll għall-ħelsien ta’ attivisti. Ta’ dan hija sfat arrestata fuq l-akkuża li ħeġġet “diżordi pubblika” u li xerrdet “qlajjiet foloz”.
Fid-dawl ta’ dan, gruppi li jitkellmu favur id-drittijiet umani qalu li din is-sentenza hija ħarxa ħafna u hija turija ċara li fil-verità l-Arabja Sawdija mhix vera qiegħda ttejjeb id-drittijiet tan-nisa, anzi s-sitwazzjoni jidher li sejra għall-agħar.