Il-president ta’ Lazio Claudio Lotito jixtieq li jġedded il-kuntratt tal-plejer offensiv tiegħu Sergej Milinkovic Savic.
Fil-verita’ d-direttur sportiv ta’ Lazio Igli Tare kellu jkollu taħditiet mal-aġent tal-plejer Mateja Kezman iżda dan tal-aħħar ftit jidher li għandu għaġla qabel din il-laqgħa hekk kif informa lill-klabb li se jkun qed ipoġġi madwar mejda fil-bidu tas-sena d-dieħla.
L-għan ta’ Lotito hu li Milinkovic Savic iġedded sas-sena 2025 u jdaħħal klawsola ta’ €35 miljun sabiex jevita li l-plejer jitlaq minn Ruma bħala aġent ħieles.