Il-coach Claudio Ranieri kkritika lill-kollega tiegħu, Roberto Mancini, li ħalla xogħlu fl-Italja biex jieħu rwol profittabbli fl-Arabja Sawdija. “Ma kontx nagħmel dan, nippreferi li jkolli raġunijiet oħra minbarra l-flus.”
Għalkemm Mancini jibqa’ jinsisti li ma kellux f’moħħu l-pożizzjoni Sawdija meta fit-13 ta’ Awwissu ddeċieda li jirriżenja minn coach nazzjonali tal-Italja, għad fadal xi dubji sinifikanti dwar kemm dan influwenza l-azzjonijiet tiegħu.
Nhar it-Tnejn huwa ġie ppreżentat bħala l-coach il-ġdid tat-team nazzjonali tal-Arabja Sawdija b’kuntratt sal-2027 li fih se jaqla’ €30 miljun kull staġun.
“Onestament ma jkollix. Nippreferi li jkolli raġunijiet oħra minbarra l-flus”, qal Ranieri.
Ranieri jista’ jgħidha mingħajr sfida, għax f’Jannar niżel fis-Serie B biex irritorna ma’ Cagliari, fejn fil-fatt beda l-karriera ta’ coach magħhom fis-snin 80.
Huwa wassalhom għall-promozzjoni b’rebħa drammatika fil-play-offs kontra Bari u qed igawdi din il-fażi ġdida ta’ ħajtu.
Huwa anke kien ngħaqad ma’ club tal-Premier League Ingliż li huwa barra mit-Top Six, Leicester City, u fl-2015-16 kien għamel għeġubija kbira meta mexxihom għar-rebħ tal-kampjonat kontra kull mistenni.
“Diġà għedt, dan se jkun l-aħħar club tal-karriera tiegħi. Jidher sabiħ li bdejt u spiċċajt hawn. Kieku kellu jasal team nazzjonali li jogħġobni, allura nista’ nikkunsidrah”.