Wara li Luciano Spalletti tneħħa minn kowċ tal-Italja, il-federazzjoni tal-futbol Taljana (FIGC) kienet tefgħet ħarsitha fuq il-kowċ veteran Claudi Ranieri. Iżda l-kowċ veteran ta’ 73 sena għamilha ċara darba għal dejjem li hu mhux interessat jieħu f’idejh Gli Azzurri. Huwa qal li beħsiebu jkompli bil-ħidma mal-klabb ta’ AC Roma.
Bosta kritiċi bdew jaraw lil Ranieri bħala l-bniedem ideali biex jagħti injezzjoni pożittiva lil dan it-tim nazzjonali li ġej minn telfa kerha ta’ 3-0 kontra n-Norveġja.